Tħabbret il-mewt tal-kunsillier Laburista Joseph Galea fl-għomor ta’ 72 sena. Is-Sur Galea kien ilu jservi fil-Kunsill Lokali tal-Gżira sa mill-2012. B’reazzjoni għall-aħbar tal-mewt tieghu, is-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manché qal li l-lokalità tilfet kunsillier ħabbrieki u wieħed mill-pilastri fil-Kunsill.
Huwa qal li s-Sur Galea dejjem ta l-appoġġ tiegħu l-ħidma tal-kunsill u qatt ma beża’ jgħid dak li kellu jgħid.
Sostna li l-lokalità tilfet ġentlom u persuna ħabbrieka li dejjem ħadmet fl-interss tal-lokal u r-residenti b’mod speċjali l-anzjani.
Huwa ta l-kondoljanzi tiegħu f’isem il-Kunsill Lokali tal-Gżira