Fl-età ta’ 73, Charles Caruana Carabez, figura magħrufa sew fl-isfera lokali tal-edukazzjoni, miet.
Caruana Carabez kien appuntat bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni lura fl-2017 wara li serva għal snin twal bħala edukatur.
Hu kien magħruf l-aktar bħala għalliem tal-Ingliż fejn bosta studenti sellmu l-memorja tiegħu.
Fost oħrajn sellem il-memorja tiegħu l-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici, eks-student tiegħu, fejn stqarr li l-imħabba tiegħu lejn l-edukazzjoni u t-tagħlim kien evidenti u għaldaqstant in-nuqqas tiegħu żgur mhux forsi ser jinħass.
I have just been informed that Education Commissioner Charles Caruana Carabez has just passed away. I happen to be one of his former students and I know how much he loved education and teaching. He will be missed dearly.
— 📎Owen Bonnici (@OwenBonnici) October 15, 2020