Il-Koreografu Ingliż, Liam Scarlett miet fl-età ta’ 35 sena.
Il-kawża tal-mewt tiegħu għadha mhux magħrufa, madankollu l-familja tiegħu ddeskriviet din il-mewt bħala waħda traġika.
Is-sena l-oħra huwa kellu jirriżenja mir-Royal Ballet wara allegazzjonijiet ta’ mġieba mhux xierqa.
Ir-Royal Danish Theatre allegatament kien ħassar il-wirjiet tiegħu, minħabba mġieba mhux aċċettabbli min-naħa ta’ Scarlett.
Minkejja dan, ir-Royal Ballet kienet naddfet isem Scarlett wara investigazzjoni li wettqet. Huwa xorta kien ħalla l-kumpanija.
Ritratt: Getty Images