Tħabbret il-mewt tal-kompożitur Grieg, Vangelis fl-età ta’ 79.
Huwa kien l-aktar popolari għad-diska tal-film Chariots of Fire, li hija sinonima mal-Logħob Olimpiku.
Għal min isegwi t-Tazza tad-Dinja tal-futbol, Vangelis kien magħruf bħala l-moħħ wara d-diska Anthem, li ntużat bħala d-diska uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-2002 li saret fil-Ġappun u fil-Korea t’Isfel.
Fis-snin sittin, Vangelis beda l-karriera tiegħu jdoqq il-pjanu bħala parti minn grupp li fih kien hemm il-kantant Demis Roussos u fl-1981 huwa rebaħ Oscar għall-kompożizzjoni Chariots of Fire.
B’reazzjoni għat-tħabbira tal-mewt tiegħu, l-kompożitur Amerikan Austin Wintory kiteb fuq Twitter li Vangelis bidel era sħiħa ta’ mużika.