Miet l-awtur, John le Carré fl-età ta’ 89 sena li huwa deskritt minn bosta li jħaddnu l-letteratura Ingliża bħala l-ġgant tal-letteratura.
Le Carré li huwa magħruf li ddefinixxa l-era tal-Gwerra l-Bierda u li qatt ma beża’ li jitkellem il-verità miet bil-polmunite.
Bosta kittieba esprimew id-dieqa tagħhom u tennew li n-nuqqas tiegħu ser jinħass minn dawk kollha li jħobbu l-letteratura.
Lkoll saħqu li l-letteratura Ingliża tilfet figura importanti ħafna li huwa ta’ inspirazzjoni għal ħafna b’mod speċjali kittieba futuri u qarrejja.