Kurt Westergaard li fl-2005 kien il-moħħ wara l-karikatura tal-profeta Mohammed, miet fl-età ta’ 86 sena.
Huwa ħa l-fama internazzjonali fl-2005 b’karikatura kontroversjali tal-profeta Mohammed, li rrabbjat lil bosta f’pajjiżi Musulmani.
Il-karikaturi tal-istess gazzetta fejn kien jaħdem Westergaard kienu r-raġuni wara bosta protesti fid-Danimarka u anke wasslu sabiex il-gvern Daniż jirċievi ilmenti minn ambaxxaturi Musulmani.
Dawn wasslu wkoll għal attakki fuq ambaxxati Daniżi fl-2006 fejn anke mietu n-nies.
Minħabba r-rabja, Westgaard għex ħajtu għal diversi snin taħt sigurtà stretta hekk kif anke kien hemm attentati fuq ħajtu, iżda minkejja dan, huwa baqa’ jsostni li ma jiddispjaċihx għal dawn il-karikaturi.