Tħabbret il-mewt tal-ġurnalist veteran sportiv Henry Calleja fl-għomor ta’ 77 sena.
Is-Sur Calleja magħruf għall-vuċi partikolari tiegħu, kien ukoll President tal-Assoċjazzjoni tal-kittieba sportivi bejn l-1987 u l-2004. Huwa kellu karriera mifruxa fuq 50 sena ma’ Xandir Malta u eventwalment mal-istazzjon Nazzjonali TVM.
Is-Sur Calleja beda l-karriera tiegħu fl-1964 u rrapporta bosta logħob tal-futbol inkluż dawk tal-kampjonat Premier u tat-tim Nazzjonali Malti.
Ritratt: The Malta Independent