Tħabbret il-mewt tal-ex ġurnalist sportiv Mario fl-eta’ ta’ 84 sena.
Meli, li kien meqjus bħala wieħed mill-pijunieri tal-ġurnaliżmu sportiv lokali, kellu karriera twila ta’ 53 sena.
Apparti karriera twila mal-istazzjonijiet nazzjonali kemm tar-radju if ukoll tat-televiżjoni, kien attiv ukoll fil-ġurnaliżmu stampat. Ħadem fuq bosta pubblikazzjonijiet sportivi bħal Panorama Sports u Arena Sportiva.
Kellu wkoll karigi f’għadd ta’ għaqdiet sportivi fosthom il-Federazzjoni Ċikliżmu u l-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Huwa temm il-karriera tiegħu fix-xandir fl-2015.
Il-ġurnalisti sportivi kollha ta’ ONE iwasslu l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Mario Meli.

