Tħabbret il-mewt tal-eks ġurnalist sportiv Taljan u qaddief Giampiero Galeazzi fl-età ta’ ħamsa u sebgħin sena.
L-aħbar ġiet ikkonfermata mill-istazzjon RAI News 24, wara battalja twila mad-dijabete u l-Parkinson.
Galeazzi, magħruf bħalha Bisteccone, twieled f’Ruma fit-tmintax ta’ Mejju tal-1946 fejn wara li gradwa fl-ekonomija, sar atleta tal-qdif, fejn anki rebaħ il-kampjonat Taljan tal-kategorija tas-singles lura fl-1967 u dak tad-doubles fl-1968.
Il-kummentarji tiegħu jibqgħu memorabbli għax-xena tat-televiżjoni u l-isport Taljan, l-aktar dawk tal-Olimpijadi ta’ Seoul fl-1988 u Sydney fl-2000.
Huwa kien ukoll ippreżenta flimkien mal-preżentatur Pippo Baudo l-festival ta’ Sanremo fl-1996.