L-awtur u kompożitur ta’ fama mondjali Stephen Sondheim miet fl-età ta’ 91 sena.
Dan tħabbar mill-avukat tiegħu li tkellem mal-aġenzija tal-aħbarijiet, New York Times, fejn li qal li Sondheim miet id-dar tiegħu fl-istat Amerikan ta’ Connecticut.
Sondheim huwa meqjus bħala ġgant teatrali li ħa suġġetti assurdi u dawwarhom f’suċċessi.
Matul il-karriera tiegħu huwa kkompona mużika għal diversi musicals popolari u saħansitra kiteb il-lirika ta’ West Side Story.
Il-kompożitur, imwieled fi New York, irnexxielu jirbaħ tmien Grammy Awards, disa’ Tony Awards u anki rebaħ il-premju Pulitzer.
Lura fl-2015, l-eks President Amerikan Barack Obama rrikonoxxa x-xogħol ta’ Sondheim billi preżentah b’midalja.