Fl-età ta’ 89, tħabbret il-mewt ta’ Fr. Charles Vella, il-Fundatur tal-Moviment Ta’ Kana.
L-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu ħadhom kmieni dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.
Huwa waqqaf il-Moviment Ta’ Kana fl-1954, li kien ingħata l-approvazzjoni uffiċjali sentejn wara mill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien Michael Gonzi.
Tul is-snin, il-Moviment ħadem biex wassal korsijiet ta’ tagħlim lill-koppji li jkunu se jingħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ.
Il-Moviment joffri wkoll servizzi ta’ counselling lill-familji.
Għal xi żmien, Fr. Charles Vella serva bħala Direttur taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Istudji tal-Familja f’Milan.
Fuq Twitter, l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna sellem il-memorja ta’ Vella.
A heartfelt tribute to Msgr Charles Vella, an apostle of ministry to families, founder of the Cana Movement (Malta). Requiescat in pace. pic.twitter.com/8ExTa0NIn3
— Bishop CJ Scicluna (@BishopScicluna) March 17, 2018