Il-komunità tinsab maħsuda bil-mewt ta’ Fredu Cuschieri ‘Farfar’. Persuna maħbub fost il-Qriema għal mod kif kien iferraħ in-nies bil-karattru uniku tiegħu.
Il-‘Farfar’ kif kienu jsibuh il-Qriema kien attiv fl-attivitajiet organizzati fil-belt Pinto.
Huwa kien jieħu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-parroċċa San Ġorġ.
Fredu ‘Farfar’ ħa sehem anki f’ħafna films miġbuda f’Malta.
Il-baffi u persuntu għamluh uniku u kienu bosta li sellmu l-memorja tiegħu,
Fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, is-Sindku Qormi Renald Falzon spjega kif pjazza San Franġisk f’Ħal Qormi se tħoss sew in-nuqqas tal-‘Farfar’.