L-‘eroj’ Bradley Lowery li seraq il-qalb ta’ miljuni ta’ nies, fl-età ta’ sitt snin tilef il-battalja kontra l-kanċer.
Dan it-tifel sar magħruf mad-dinja internazzjonali hekk kif ingħata l-opportunitá li qabel imut jaqta’ xewqtu.
Ix-xewqa tiegħu kienet li jmur fil-grawnd ta’ Sunderland u jiltaqa’ mal-plejers, ħolma li saret realtá u li wasslitu biex jirbaħ il-premju li kull plejer ikun jixtieq jirbaħ: “Match of the day’s goal of the Month award.” Dan huwa premju għall-aqwa gowl tax-xahar.
Iċ-ċkejken kellu kanċer rari li jissejjaħ neuroblastoma. Kienet ommu, Gemma, li kitbet fuq il-paġna ta’ Bradley li t-tifel tagħha miet fis-13.35.
“It-tifel kuraġġuż tiegħi llum ngħaqad mal-anġli, f’idejn ommu u missieru mdawwar bil-familjari tiegħu. Hu kien l-eroj ċkejken tagħna u ġġieled b’kemm kellu saħħa, iżda kien ta’ bżonn x’imkien ieħor,” qalet l-omm mnikkta.
M’hemmx kliem biżejjed biex niddeskrivu dak li qed inħossu, kompliet tgħid l-omm filwaqt li rringrazzjat lil kull persuna għas-sapport u kliem ta’ faraġ.