Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir Martin Micallef.
Micallef, li kellu 61 sena, kien ilu jokkupa din il-kariga għal ftit aktar minn sentjen u kellu esperjenza wiesgħa fix-xandir ta’ madwar 40 sena.
Huwa saħansitra kien fil-bord editorjali u f’produzzjonijiet tal-istazzjon Mediterraneo li kien qed jaħdem f’kollaborazzjoni mar-RAI u France 3.
Huwa kien l-ewwel kordinatur Malti fl-Assoċjazzjoni Ewropea u Reġjonali għat-televiżjoni.
Martin Micallef serva wkoll fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ bejn Malta u l-Italja.
Intant fi Tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab ixxukjat b’din l-aħbar. Tenna li s-Sur Micallef kien jagħmel xogħlu b’mod eċċezzjonali.
Fi stqarrija l-Partit Laburista wkoll sellem il-memorja tas-Sur Martin Micallef.
Il-Partit Laburista tenna li Micallef hu magħruf bħala bniedem kolt u espert fil-qasam tax-xandir Martin Micallef ta kontribut siewi lis-settur tal-ġurnaliżmu f’pajjiżna għal ħafna snin.
Fl-aħħar snin mexxa wkoll b’mod tajjeb ħafna fl-Awtorità tax-Xandir. It-telfa tiegħu hija telfa għax-xandir lokali kollu kemm hu. Il-Partit Laburista jibgħat il-kondoljanzi lill-qraba u dawk kollha viċin tiegħu.
Shocked to hear about the demise of Broadcasting Authority chairman Martin Micallef. He fulfilled his role in an exceptional manner and will be sorely missed -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) October 1, 2019