Fi stqarrija tard il-Ħadd filgħaxija, Leicester City ikkonfermaw li ċ-ċermen Vichai Srivaddhanaprabha kien wieħed minn ħames passiġġieri li tilfu ħajjithom fit-tiġrif tal-helikopter biswit l-istadjum tal-istess klabb f’Leicester.
Il-biljunarju Tajlandiż ta’ sittin sena kien għadu kif telaq mill-grawnd tal-klabb wara logħba li Leicester kellhom kontra West Ham is-Sibt filgħaxija, meta għal xi raġuni l-helikopter iġġarraf f’wieħed mill-ispazji ta’ parkeġġ ta’ barra l-grawnd.
Huwa kien ilu ċermen tal-klabb sa’ mill-elfejn u għaxra, u taħt it-tmexxija tiegħu Leicester City telgħu mit-tielet diviżjoni Ingliża sal-quċċata tal-futbol Ingliż fis-sena elfejn u ħmistax.
Minbarra Srivaddhanaprabha, il-vittmi l-oħra kienu ż-żewġ piloti tal-helikopter kif ukoll żewġ persuni li kienu mistidnin ta’ Srivaddhanaprabha.