It-tifel ta’ Osama Bin Laden, il-moħħ wara l-grupp terroristiku al-Qaeda, miet. Dan skond l-inteliġenza Amerikana.
Id-dettakji dwar il-mewt ta’ Hamza, b’mod partikolari fejn miet u meta għadhom mistur hekk kif s’issa xejn għadu ma ngħad.
Fi Frar, il-Gvern Amerikan offra miljun dollaru lil min jgħati xi informazzjoni fejn seta’ jinstab Hamza.
Hamza, li hu maħsub li kellu tlettin sena, kien ħareġ messaġġi rrikordjati kif ukoll filmati fejn fihom hu jitkellem u jordna l-attakki fuq l-Istati Uniti u kif ukoll pajjiżi oħra.