Hugh Hefner, il-fundatur tar-magażin internazzjonali tal-adulti, Playboy, miet fl-eta ta’ wieħed u disgħin sena.
Playboy Enterprises Inc ħabbru li Hefner miet fil-kwiet ta’ daru, b’kawża naturali. Hefner beda jippubblika Playboy fil-kċina tad-dar tiegħu fl-elf disa’ mija tlieta u ħamsin.
Playboy sar l-aktar magażin tal-irġiel mibjugħ fid-dinja, tant li laħqet is-seba’ miljun kopja fix-xahar. Cooper Hefner, ibnu, qal li Hefner se jkun immisjat minn ħafna.
Huwa sejjaħ lil missieru bħala avukat għal diskors ħieles, drittijiet ċivili u libertà sesswali. Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump kien deher fuq il-faċċata tal-magażin Playboy f’Marzu tal-elf disa’ mija u disgħin.