L-eks Kunsillier Nazzjonalista Herbert Messina Ferrante miet kmieni t-Tnejn filgħodu fl-età ta’ 80 sena. Huwa kien se jagħlaq 81 sena nhar l-4 ta’ Jannar.
Messina Ferrante kien ilu dentist mil-1960, u kien fundatur u membru tas-Self-Employed Union fl-1970. Huwa sar president tal-istess Unjin fl-1979.
Huwa kien ukoll il-Viċi-President ta’ Sliema Wanderes għal 10 snin qabel ma sar President bejn l-1987 u l-1993.
Messina Ferrante kien Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista f’Ħ’Attard, kif ukoll President tal-Assoċċjazzjoni tal-Pensjonanti tal-Partit Nazzjonalista.