Il-President tal-Burundi Pierre Nkurunziza miet fl-età ta’ 55 sena wara attakk tal-qalb.
Huwa miet għall-għarrieda.
Il-President tal-pajjiż Afrikan kien mistenni li jerħi l-poter minn idu wara ħmistax-il sena ta’ tmexxija meqjusa bħala dittatorjali u kkaratterizzata minn attakki vjolenti fuq l-Oppożizzjoni.