Tħabbret il-mewt ta’ George Mifsud, iċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir li ngħata din il-kariga madwar ħmistax ilu. Mifsud miet fl-età ta’ 68 sena.
Magħruf sew għall-esperjenza li għandu fil-qasam tal-komunikazzjoni u t-twaqqif tal-kumpanija tal-Marketing MPS, Mifsud, kien ingħata l-kariga ta’ Chairman tal-istess kumpanija.
Hu kien Ambaxxatur tal-Bulgarija mill-2007 sas-sena 2013 u serva bħala Direttur fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel bejn is-sena 1999 u s-sena 2004.