L-eks President tal-Istati Uniti George Herbert Walker Bush miet fl-età ta’ erbgħa u disgħin sena. Kien ibnu stess, George Bush li anki serva bħala President Amerikan għal tmien snin li ħabbar il-mewt ta’ missieru.
Huwa miet il-ġimgħa filgħaxija, hekk stqarret il-familja tiegħu. Bush kien bdot fuq ajruplani tal-gwerra fi żmien it-tieni gwerra dinjija u anki kien involut bil-kbir fl-industrija taż-żejt. Apparti li serva bħala Viċi-President tal-Istati Uniti fi żmien Ronald Reagan, Bush mexxa l-Amerka għall-erba’ snin bejn l-elf disa’ mija, disgħa u tmenin u l-elf disa’ mija tlieta u disgħin. Bush jibqa’ mfakkar għal meta ltaqa’ propju f’Malta ma’ dak li kien is-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev.
Dan għamlu ftit wara l-waqgħa tal-ħajt ta’ Berlin, fejn is-summit ta’ Malta mmarka t-tmiem tal-gwerra l-bierda. Fl-elf disa’ mija u disgħin jibqa’ mfakkar li nvada l-Iraq ta’ żmien Saddam Hussein iżda lil dan tal-aħħar ma neħħiex mill-poter permezz tal-offensiva militari.
We pay tribute to the memory of #GeorgeHWBush. 29years ago, almost to the day, he met Mikhail #Gorbachev in #Malta and together paved the way for the end of Cold War and the birth of #Europe as we know it -JM pic.twitter.com/zGocGudJnD
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) December 1, 2018