Il-midja Żvediża qed tirrapporta li l-artist Żvediż Larsh Wicks, li kien pinġa ras il-Profeta Muhammad fuq ġisem ta’ kelb, miet f’inċident tat-traffiku.
Qed jiġi rrappurtat illi l-artist kien qed jivvjaġġa f’karozza tal-pulizija meta għal xi raġuni ħabtet ma trakk.
F’dan l-inċident mietu wkoll żewġ uffijċjali tal-pulizija filwaqt li s-sewwieq tat-trakk sofra xi ġrieħi.
Il-pulizija Żvediża ddikjarat li s’issa għadu mhux ċar x’wassal għal din il-ħabta.
Wicks kien taħt il-protezzjoni tal-pulizija wara li kien qed jiġi mhedded b’ħajtu minħabba l-istampa li kien pinġa fl-2007.
Il-publikazzjoni tal-istampa kienet qajment furur fost il-komunità Musulmana, tant li ftit wara l-al-Qaeda fl-Iraq kien offra 100,000 Dollaru Amerikan għall-qtil tiegħu.