Tħabbret il-mewt tal-kowċ tant maħbub, Emiliano Mondonico fl-eta’ ta’ 71 sena, li kien l-eks kowċ ta’ Atalanta u Torino. Hu tilef ħajtu wara battalja kiefra kontra l-kanċer. Kienet bintu Clara li ħabbret din it-telfa fejn sostniet li kien raġel ta’ eżempju għal bosta.
Hu kien magħruf l-aktar għax-xogħol li wettaq mat-tim tal-futbol ta’ Atalanta u Torino, liema tim rebaħ it-Tazza tal-Italja fl-1993.