Kien dalgħodu meta tħabbret il-mewt ta’ Dun George Grima fl-età ta’ 66 sena, magħruf bħala missjunarju u kif ukoll il-fundatur ta’ Ġesu fil-Proxxmu.
Dun George Grima hu magħruf sew għax-xogħol li wettaq fil-missjoni fejn il-moviment li waqqaf kien saħansitra ġie rikonoxxut mill-Isqof t’Għawdex, Mons. Nikol Cauchi wara li nfetaħ il-moviment fl-1987.
Permezz ta’ dan il-moviment, Dun George kien jgħin ħafna lil persuni li jgħixu fil-faqar b’mod partikolari lil tfal minn postijiet bħall-Brażil, l-Etjopja u l-Kenja.