L-Eks Segretarju tad-Difiża Amerikan Donald Rumsfeld miet fl-età ta’ 88 sena.
Rumsfeld li serva taħt l-amministrazzjoni ta’ Gerald Ford u George W. Bush jibqa’ magħruf l-aktar bħala wieħed mill-imħuħ ewlenin wara l-gwerra kontroversjali tal-Iraq.
Rumsfeld kien ukoll dak li rawwem lil Dick Cheney fil-politika Amerikana. Aktar tard Cheney sar Viċi President fl-amministrazzjoni ta’ Bush u sa llum jibqa’ mfakkar bħala l-aktar Viċi President b’saħħtu fl-istorja politika Amerikana.
Rumsfeld taħt id-direzzjoni ta’ Cheney kien wieħed mill-imħuħ wara l-allegazzjonijiet li Sadam Hussein kellu armi nukleari, dak iż-żmien riferuti bħala ‘weapons of mass destruction.”
Fl-Iraq qatt ma kienu nstabu dawn it-tip ta’ armi.
Fil-fatt, Rumsfeld kien irriżenja fl-2006 wara mistoqsijiet serji li qamu dwar il-mottiv wara din il-gwerra madankollu xorta baqa’ jiddefendi l-azzjonijiet tiegħu sal-aħħar.
Il-familja tiegħu qalet li huwa miet f’Taos fil-Messiku.