L-eks Segretarju tal-Istat Amerikan, Colin Powell miet fl-età ta’ 84 sena wara kumplikazzjonijiet f’saħħtu minħabba l-Covid-19.
Dan ħabbritu l-familja ta’ persuna li serva f’diversi karigi għolja fil-militar Amerikan u li kien maħtur fl-amministrazzjoni ta’ George W. Bush.
Apparti minn hekk Powell, ħadem ma’ diversi Presidenti tal-Istati Uniti bħala konsulent għas-sigurtà nazzjonali.
Hawnhekk ħadem ma’ Richard Nixon u Ronald Reagan.
Huwa kien kritikat ferm meta imbotta l-pożizzjoni ta’ Bush biex jinvadi l-Iraq ta’ Saddam Hussein fl-2003.
Fil-fatt kien mar fil-Ġnus Magħquda biex l-Amerka jkollha l-barka tal-Ġnus Magħquda biex tattakka l-Iraq.
Powell dejjem ried l-alleati tal-Amerka biex jattakkaw l-Iraq flimkien mal-Istati Uniti u kien saħaq li Hussein kellu l-armi nukleari, xi ħaġa li baqgħu qatt ma nstabu.
Tnax-il sena qabel l-aħħar invażjoni Amerikana fuq l-art Iraqqina, Powell kien qed imexxi l-Gwerra tal-Golf, li fiha l-Amerikani qaċċtu l-forzi ta’ Hussein mill-Kuwajt iżda ħallew lir-reġim tad-dittatur Iraqqin imexxi l-Iraq.