Miet Alfie Evans. Iċ-ċkejken ta’ sentejn li seraq il-qlub ta’ eluf ta’ persuni minn madwar id-dinja li segwew mill-qrib l-istorja tiegħu.
Kienet il-familja tiegħu li ħabbret il-mewt ta’ Alfie, li sfortunatament kien qed isofri minn kundizzjoni f’moħħu. Alfie kien f’nofs ġlieda legali hekk kif il-ġenituri tiegħu kienu f’battalja mal-isptar tat-tfal Alder Hey.Aktar kmieni din is-sena, il-Qorti ddeċidiet favur l-isptar u qalet li hu fl-interess ta’ Alfie li jintfewlu l-maġni tal-ventilazzjoni u minn hemm jibdew jistennew li jieħu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu.
Fuq Facebook, missier Alfie, Tom Evans, kiteb kif il-ġellied tagħhom niżżel it-tarka u kiseb par ġwienaħ.