Orangutan li kien fost l-ewwel xadini li tgħallem il-lingwa tas-sinjali miet f’Atlanta, Georgia, fl-età ta’ disgħa u tletin sena.
Chantek għex ma’ antropoloġista f’Tennessee għal disa snin u tgħallem inaddaf il-kamra tiegħu, jagħmel u juża għodod u jiftakar ir-rotta għal ħanut tal-fast-food.
Huwa mbagħad kien jgħix f’Zoo Atlanta, fejn hemm kien ikkurat minħabba marda f’qalbu.
Uffiċjali taż-zoo qalu li Chantek kellu personalit mill-aqwa u t-telfa tiegħu se tinħass ħafna.
Fi stqarrija, Zoo Atlanta qal li fl-eta ta’ disgħa u tletin sena, Chantek kien wieħed mill-ixjeħ orangutans irġiel fiż-zoos tal-Amerka ta’ Fuq.
Il-kawża tal-mewt tiegħu għadha mhix magħrufa.