Tħabbret il-mewt ta’ Anthony Mulè Stagno, li ta kontribut qawwi fil-qasam tal-anzjanità attiva.
Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali esprimew is-sogħba tagħhom għal din it-telfa, filwaqt li rrikonoxxew il-kontribut li s-Sur Mulè Stagno ta lis-soċjetà Maltija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija, il-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani sellem lil Mulè Stagno li kien President tal-Kunsill.
Il-Kunsill fissru lil Mulè Stagno bħala xempju ta’ integrità.