Titħabbar il-mewt ta’ Anthony J. Tabone li miet il-Ħadd waranofsinhar fl-età ta’ 75 sena.
Is-Sur Tabone kien Ċermen tal-Awtorità tax-Xandir u Ċermen tal-bord tal-Public Broadcasting Services Ltd.
Kien ukoll President Onorarju tas-Soċjetà Filarmonika Gran Mastru Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re.
Is-Sur Tabone kien ukoll President Onorarju tas-Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D.1894 – Banda Santa Marija f’Ħ’Attard.
Is-Soċjetà esprimiet is-sogħba tagħha għat-telfa tas-Sur Tabone u tkellmet fuq il-ħidma sfieqa tiegħu fil-parroċċa ta’ Raħal Ġdid.
Intant fi stqarrija, il-Partit Laburista sellem il-memorja tas-Sur Tabone u bagħat il-kondoljanzi lill-qraba u dawk kollha viċin tiegħu.