Il-moħħ u l-pilastru wara D’Amato tad-diski fil-Belt Valletta, li tant iżuruh nies, Tony D’Amato miet fl-età ta’ 75 sena.
Dan tħabbar fuq il-paġna uffiċjali tal-ħanut fuq Facebook.
Fl-istqarrija ntqal li sa 3 ġimgħat ilu Tony kien jinsab fil-ħanut li tant ħadem fih sabiex jagħti daqqa t’id lit-tfal tiegħu.
Fil-fatt ġie spjegat li f’dan il-ħanut li żgur u mhux forsi dawk kollha dilettanti tal-mużika xi darba żaruh, Tony qatta’ 60 sena minn ħajtu. Intqal kif warajh Tony ħalla legat b’saħħtu ta’ ġenitlezza u rispett.
Il-funeral ta’ Tony ser ikun qed isir it-Tlieta 5 ta’ Jannar fil-Knisja Karmelitana tal-Belt Valletta, fl-10:00am.