Raġel li mar għal sajda għal kwiet spiċċa maħsud mar-ritorn tiegħu lejn il-karozza.
Dan hekk kif malli wasal ħdejn il-karozza tiegħu, li kienet ipparkjata qrib Għar Lapsi, sab it-tieqa tal-karozza mkissra iżda dan mhux biss. F’messaġġ fuq Facebook spjega kif sab għadd ta’ grif mal-karozza kollha, il-whipers imkissrin, u saħansitra anke l-fanali.
Spjega kif l-att vandalu mhux biss fuq il-karozza tiegħu sar iżda anke fuq karozza li kienet ipparkjata warajh fejn saħinstra anke l-windscreen spiċċaw kissrulu.
Temm billi qal li għamel rapport mal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ.