Jani Hasu fetaħ proċeduri fil-Qorti wara li baqa ma tħallasx eluf ta’ ewro mill-kumpanija li keinet offrietlu salarju ta’ €8,000 fix-xahar.
Fil-Qorti wera l-kuntratt tax-xogħol, li kien jgħid li fl-2015 beda jaħdem ma’ Global Settlements bħala Direttur tal-Iżvilupp tan-Negozju b’salarju li jleħħaq is-€96,000 fis-sena.
Hasu qal li bejn Frar u Lulju tħallas skont mifthiem, iżda mbagħad il-paga bdiet dieħla inqas minn kemm suppost. Qal li kien imwiegħed li se jitħallas kollox, sakemm f’Novembru l-kumpanija temmitlu l-impjieg.
Fil-Qorti, huwa wera diversi provi, fosthom emails bejnu u d-Diretturi tal-kumpanija, li kienu jsostnu dak li kien qed jgħid.
Xehed ukoll id-Direttur Siegfried Borg Cole u żewġ persuni oħra li kienu jmexxu Global Settlements. Qalu li Hasu qatt ma ħadem mal-kumpanija, għax kien beda jaħdem mill-ewwel ma’ kumpanija oġra bl-isem Emex.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li l-verżjoni tad-diretturi ma kinitx kredibbli, u l-provi mressqa taw raġun lil Hasu.
Għaldaqstant, Borg Cole kien ordnat iħallas multa ta’ €500 u kważi €31,000 fi ħlasijiet pendenti lil Hasu.