Benny Casha ħalla din id-dinja fl-għomor ta’ 48 sena. Huwa kien magħruf fil-qasam tad-drama kif ukoll produzzjonijiet tat-televiżjoni. Fuq ONE TV kien ipproduċa s-‘sitcom’ ‘Qegħdin Sew’, L-Avukat Gawdenz Bilocca, Midinbin, Saħta fuq Uliedi, Siegħa Żmien u bosta programmi oħra.
Benny Casha kien ukoll id-Direttur tal-kumpanija Bronk kif ukoll President tar-Regatta tat-tim tal-Isla għal xi żmien u anke tat-tim tal-futbol u tal-boċċi. Casha kien personalità maħbuba minn kulħadd.