Fit-2 ta’ Mejju se tkun qed tittella’ attività speċjali mill-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own fejn matulha se jkun qed jieħu sehem ir-Re tal-marċi brijjużi, is-Surmast Andrew Coleiro, wara nuqqas ta’ 14-il sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din l-attività se tkun qed tittella’ lejlet il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, liema festa tfakkar żewġ ġrajjiet storiċi. Dan fosthom is-sejba tas-salib veru minn Sant’Elena, u kif ukoll id-dedikazzjoni tal-bażilika fuq il-kalvarju minn Kostantinu li jimmarka s-sit tal-Kurċifissjoni fis-sena 355.
Is-Surmast Coleiro kien surmast direttur tal-istess banda fejn kiteb fost l-isbaħ marċi brijjużi f’Malta u Għawdex tul il-karriera tiegħu.