Ġie implimentat proġett li indirizza s-sigurtà fil-faċilità fejn jinħażnu munizzjon u splussiv fil-Mosta.
L-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett qiegħed jitqies bħala essenzjali biex jagħti appoġġ lill-infrastruttura tal-Forti tal-Mosta biex b’hekk miżuri ta’ sigurtà tjiebu b’mod sinifikanti.
Dan l-investiment reġa’ ta ħajja lid-dawra tal-faċilità li kienet fi stat t’abbandun u nieqsa mid-dawl.
Il-Brigadier Jeffrey Curmi emfasizza fuq l-importanza ta’ maħżen sigur għal dawn l-oġġetti tant sensittivi b’rabta mas-sigurtà nazzjonali.
Waqt l-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li dan il-proġett juri l-impenn ġenwin tal-Gvern biex jassigura l-ġid tan-nies filwaqt lil-Ministru għall-Intern Byron Camilleri laqa’ dan l-investiment hekk kif din iż-żona hija parti essenzjali mill-istrateġija għas-sigurtà nazzjonali.