L-iskema tat-tapering tal-benefiċċji, li permezz tagħha fl-aħħar snin 9,000 persuna li kienu jgħixu fuq l-assistenza soċjali daħlu fid-dinja tax-xogħol, ukoll se tkompli tiġi mtejba.
Fil-fatt, fil-Budget għas-sena d-dieħla, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, ħabbar li s-sena li ġejja dak li jkun se jibqa’ jirċievi 10 fil-mija aktar tal-benefiċċju fl-ewwel 3 snin meta jsib xogħol.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’hekk, fl-ewwel sena tax-xogħol jibqa’ jirċievi 75 fil-mija tal-benefiċċju, fit-tieni sena 55 fil-mija, u fit-tielet sena 35 fil-mija.
Tħabbar ukoll li persuni fuq l-assistenza soċjali s-sena d-dieħla se jirċievu mill-ġdid iż-żieda tal-għoli tal-ħajja sħiħa biex b’hekk dawn l-għajnuniet żdiedu għal €9.90 fil-ġimgħa.