B’avviż legali ppubblikat fil-jiem li ġejjin, se jitjiebu l-ħinijiet li matulhom isiru l-provi tal-logħob tan-nar mill-għaqdiet pirotekniċi.
Dan biex ikun hemm inqas inkonvenjent u iżjed konformità.
Il-ħinijiet tal-provi tal-logħob tan-nar se jibda jkun permess filgħodu bejn il-ħdax u nofsinhar, u sa mhux aktar tard minn siegħa wara nżul ix-xemx, meta l-provi jridu jkunu lesti sa siegħa wara.
Ir-reviżjoni tal-ħinijiet saret wara konsultazzjonijiet bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà, u l-Għaqda Piroteknika Maltija.
Fl-istess djalogu ġie ċċarat li l-permessi għall-ħruq tal-logħob tan-nar fil-festi tradizzjonali għandu jkun ta’ sebgħa ewro u sebgħin ċenteżmu kull ġurnata.