Ġiet stabbilita l-Malta – Japan Chamber of Commerce li se tkun qed isaħħaħ ir-relazzjoni ta’ pajjiżna mal-Ġappun. Din il-Kamra tal-Kummerċ se tkun qed iservi bħala tieqa ta’ opportunitajiet għal imprendituri li huma interessati li jiftħu negozju jew jespandu l-operat tagħhom f’dan il-pajjiż.
L-għan ewlieni huwa li fil-futur qarib l-iskambju kummerċjali bejn Malta u l-Ġappun ikun pilastru ieħor li jkompli jsaħħaħ l-ekonomija Maltija.
Il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona, qal li n-negozji Maltin għandhom jieħdu vantaġġ minn din ir-relazzjoni bilaterali bejn Malta u l-Ġappun, billi jsiru jafu aktar dwar is-suq Ġappuniż. Tenna ukoll li aktar kumpaniji Ġappuniżi qed jibdew joperaw minn Malta.