Il-Qorti ta’ Għawdex dalgħodu fetħet b’urġenza biex il-Pulizija ressqet b’mod separat żewġt irġiel u xliethom b’diversi akkużi.
Fl-ewwel każ raġel ta’ 24 sena min-Niġerija u li joqgħod iż-Żebbuġ ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li darab gravi raġel ta’ 30 sena.
Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda fix-Xlendi limiti tal-Munxar meta allegatament, ħebb għall-vittma u darbu b’mod gravi. Huwa ġie mixli wkoll li kiser il-paċi pubbliku u l-kundizzjonijiet għal-libertà proviżorja li kellu.
Il-Qorti ppresduta mill-Maġistrat Joanne Vella ma laqgħet it-talba għall-ħelisen mill-arrest.
F’Għawdex ukoll Somalu ta’ tletin sena li joqgħod il-Munxar ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li l-Ħadd li għadda fix-Xlendi limiti tal-Munxar, kiser il-paċi pubblika u l-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li kellu.
Huwa ngħatat l-ħelsien mill-arresti b’għadd ta’ kundizzjonijiet.
Il-Prosekuzzjoni fiż-żewġ każijiet tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.