Jekk fil-jiem jew ġimgħat li għaddew xtrajt xi prodotti tal-ħaxix, huwa tajjeb li tiċċekkja li ma xtrajtx minn dawn l-imsemmija hawn taħt.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika rċieva informazzjoni mill-kumpaniji involuti li jissupplixxu dawn il-prodotti li dawn m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li ma jistax jiġi eskluż li l-prodotti huma kkontaminati bil-mikrobu Listeria monocytogenes.
Isem tal-Prodott: | Finecut Vegetable Steamers |
Ditta: | Waitrose |
Użin: | 640g (4 x 160g) |
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha sa Jannar 2020 |
Isem tal-Prodott: | Frozen Mixed Vegetables |
Ditta: | Iceland |
Użin: | 900g |
Dati tad-durabbiltà: | Id-dati kollha bejn u inkluż Jannar 2020 u Ġunju 2020 |
Isem tal-prodott | Użin | Dati tad-durabbiltà |
Tesco 4 Steam Bags Carrot, Broccoli & Sweetcorn | 640g | Id-dati kollha sa u inkluż Jannar 2020 |
Tesco 4 Steam Bags Peas, broccoli, spinach & sweetcorn | 640g | Id-dati kollha sa u inkluż Jannar 2020 |
Tesco 4 Growers Harvest Steam Bags Carrot, Peas & Sweetcorn | 640g | Id-dati kollha sa u inkluż Jannar 2020 |
Tesco Mixed Vegetables with Red peppers | 1kg | Id-dati kollha sa u inkluż Jannar 2020 |
Tesco Sweetcorn (Resealable) | 1kg | Id-dati kollha sa u inkluż Jannar 2020 |
Tesco Classic Mixed Vegetables (Resealable) | 1kg | Id-dati kollha sa u inkluż Jannar 2020 |
Tesco Growers Harvest Sweetcorn | 907g | Id-dati kollha sa u inkluż Jannar 2020 |
Tesco Growers Harvest Mixed Vegetables | 1.16kg | Id-dati kollha sa u inkluż Jannar 2020 |
Tesco Everyday Value Sweetcorn | 907g | Id-dati kollha sa u inkluż Jannar 2020 |
Jekk il-prodotti jiġu msajra sew dan il-mikrobu jmut u għalhekk għalkemm il-Listeriosis hi marda serja, ir-riskju jonqos. Jekk wieħed jixtieq aktar informazzjoni dwar il-Listeria jista’ jżur is-sit http://www.who.int/mediacentre/factsheets/listeriosis/en/
Għal aktar informazzjoni l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.