L-influwenza, magħrufa fost in-nies bħala “riħ”, hija marda infettiva kkawżata minn virus tal-influwenza li jista’ jinħoloq minn diversi fatturi.
Is-sintomi jistgħu jkunu minn ħfief għal severi. L-iktar sintomi komuni jinkludu: deni qawwi, imnieħer inixxi, uġigħ fil-griżmejn, uġigħ fil-muskoli, uġigħ ta’ ras, sogħla u tħossok għajjien.
Dawn is-sintomi tipikament jibdew jumejn wara l-espożizzjoni għall-virus u jdumu tal-anqas minn jumejn sa ġimgħa. L-importanti biex tevita, huwa li taħsel idejk.