Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-ugwaljanza, l-Onor. Helena Dalli, fetħet il-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li saret illum il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju 2018 billi saħqet fuq l-importanza li Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tingħata aktar viżibiltà fejn jidħol l-operat tagħha.
Dan b’hekk iwassal sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikunu aktar konxji ta’ kif u fejn qegħdin jintefqu t-taxxi tagħhom dovuta lill-Unjoni Ewropea.
Il-laqgħa kompliet bi preżentazzjoni mis-sur Leo Brincat li huwa l-membru Malti appuntat fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Beda billi hu wkoll kompla jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-viżibilta’ tax-xogħol li qiegħed isir min-naħa tagħhom sabiex il-poplu jkun konxju ta’ dan kollu. Kompla billi tenna li bħala Qorti Ewropea tal-Awdituri, dawn jaħdmu spalla ma’ spalla kemm mal-kummisjoni u kif ukoll il-Parlament Ewropew sabiex ikomplu jsaħħu u jikkonsolodaw djalogu kontinwu għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej.
Semma wkoll kwistjonijiet u affarijiet kurrenti li bħalissa bħala Qorti Ewropea tal-Awdituri qegħdin jiddiskutu fosthom l-impatt li se jħalli ‘Brexit’, il-‘Multiannual Financial Framework’ u ‘cyber security’ fost oħrajn. Tenna ukoll fuq l-importanza u l-frott li qegħda tħalli l-introduzzjoni tal-awditjar fuq bażi ta’ prestazzjoni.
Min-naħa l-oħra, semma ukoll u enfasizza l-importanza tal-bank tal-Iżvilupp Malti u kif dan se jagħti lok sabiex jitjiebu u jkomplu jikkonsolidaw ir-rabtiet preżenti ta’ Malta mal-EFSI.
Għalaq din il-laqgħa billi sostna li l-irwol aħħari tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri huwa dak li jservi ta’ element essenzjali fejn tidħol il-katina tar-responsabilta fi ħdan l-Unjoni Ewropeja.
Wara l-preżentazzjoni tas-Sur Leo Brincat, is-Sħab Soċjali kellhom l-opportunita’ li jiddiskutu u jikkjarifikaw ċertu punti li ssemmew.