Dawk li jridu jiġbru d-dokument tal-vot, issa jistgħu jagħmlu dan mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (ex Trade Fair Grounds) jew mill-Uffiċju tal-ID cards fir-Rabat Għawdex. Dan hekk kif il-Ħadd sa 12.00 kien l-aħħar ċans li wieħed jiġbor id-dokument tal-vot mill-Għases.
Il-voti jistgħu jinġabru:
Mit-Tnejn 29 ta’ Mejju sal-Erbgħa 31 ta’ Mejju mit-8.00 sas 14.00 u mit 15.00 sad-21.00.
Il-Ħamis l-ewwel ta’ Ġunju, l-voti jistgħu jinġabru sa nofsillejl dan hekk kif ikun l-aħħar jum li wieħed jista’ jiġbor id-dokument tal-vot tiegħu.
Il-Ħamis 1 ta’ Ġunju l-voti jistgħu jinġabru:
Mit-8.00 sa 14.00 u mit 3.00 sa nofsillejl
Biex wieħed jiġbor id-Dokument tal-vot għandu jmur jagħmel dan personalment u miegħu jieħu l-Karta tal-Identità.
Il-Maltin li għandhom il-karta tal-identita’ tiegħu rreġistrata Għawdex u jixtiequ li d-dokument tal-vot tagħhom jiġbruh minn Malta jistgħu jagħmlu dan billi jinfurmaw lill-Kummissjoni Elettorali fuq electoral.office@gov.mt.