Qed ikunu installati madwar 1,900 pannella tax-xemx fuq il-ġibjun San Niklaw fil-Qrendi. Dan b’kollaborazzjoni bejn il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma flimkien mal-Kamra għan-negożji żgħar u medji li ser twassal sabiex art ta’ madwar 5,000 metru kubu li bħalissa hija f’idejn il-korporazzjoni tinkesa għal kollox bil-panelli fotvoltajiċi.
L-Inġinier Trustin Farrugia Cann spjega kif il-pannelli ser ikunu qed jiġġeneraw biżżejjed enerġija għal 250 familja.
Farrugia Cann stqarr: “Bażikament l-impjant tal-PVs huwa madwar 658KW peak, biex hekk ħa jkun qed jiġġenera madwar miljun unit fis-sena.”
Il-President tal-Kamra għan-Negozjii Żgħar u Medji Paul Abela spjega kif simili ta’ dan il-proġett qed isir ieħor Għawdex. Huwa stqarr kif kollaborazzjonijiet bħal dawn bejn il-privat u l-Gvern huma fundamentali.
Is-Sur Abela qal, “Aħna l-ħsieb tagħna huwa li l-ewwel net nagħtu kontribut lill-pajjiż biex nilħqu l-miri li għandna fuq l-enerġija u t-tieni ħaġa li nagħtu wkoll, ix-xogħol bżonjuż lill-membri tagħna.”
Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, Miriam Dalli spjegat kif dan il-Gvern jemmen fl-enerġija sostennibbli mhux biss bil-paroli iżda bil-fatti. Għalhekk proġetti bħal dak fuq il-ġibjun ta’ San Niklaw fil-Qrendi huwa xempju ta’ dan.
Il-Ministru Dalli tenniet: “Aħna meta ngħidu li t-tranżizzjoni lejn enerġija aktar nadifa hija wieħed mill-binarji li qed naħdmu fuqhom, qed ngħiduhom bis-serjetà, kif rajna l-ġimgħa li għaddiet rajna l-investimenti li nedejna għall-familji u llum iegħdin naraw kif permezz ta’ dan l-investiment qiegħdin niġġeneraw aktar enerġija mir-rinovabbli.’