Fir-rapport li toħroġ kull sena l-Eurofound, li tagħmel ir-riċerka fuq l-impjiegi, ħarġet li bejn l-2008 u l-2023, kienu biss Malta u l-Italja li fejn jidħlu xogħlijiet ma żdidietx id-dipendenza fuq is-settur pubbliku.
Meta wieħed jara x-xejra fl-Unjoni Ewropea idib li d-dipendenza fuq is-settur pubbliku, li kienet 22.9% fl-2008, telgħet għal 25.8% is-sena l-oħra.
Kien innutat li fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja, is-settur pubbliku kien l-aktar wieħed li ħoloq imjiegi. Fl-2008 Malta kellha rata ta’ impjiegi fis-settur Pubbliku aktar mill-medja ewropea imma issa dan hu ferm inqas mill-medja.
Pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Irlanda, il-Portugall u l-Awstrija llum għandhom rata ogħla minn Malta fejn jidħlu l-impjiegi mas-settur Pubbliku.
Fir-riċerka tal-Eurofound ħareġ ukoll li f’Malta, minkejja ż-zieda f’impjiegi li għandhom x’ jaqsmu mas-saħħa u l-kura tal-anzjani fis-settur pubbliku, ir-rati ta’ impjiegi f’setturi oħra għenu f’dan il-fattur.
Joħroġ ukoll li f’pajjiżna, il-maġġoranza taż-żieda fl-impjiegi kienet ukoll f’impjiegi ta’ kwalità.
Barra dan, il-Eurofound sabet żieda ta’ madwar ħamsa u sittin elf ħaddiem li jaqilgħu paga aktar mill-medja.