Numru ta’ impjegati tal-kumpanija MAPFRE MSVLIFE rreġistraw bħala donaturi tal-organi. Dan wara li saret kampanja t’għarfien fost il-ħaddiema dwar dan is-suġġett.
Meta żar l-uffiċini tal-kumpanija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ġie milqugħ mill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, is-Sur David Curmi. Dr Fearne radd ħajr lill-ħaddiema għal din l-inizjattiva u s-sens ta’ altruwiżmu tagħhom.
Dr Fearne tenna fuq l-importanza tad-donazzjonijiet tal-organi għaliex kull donaturi jista’ jsalva l-ħajja ta’ tmien pazjenti li jkunu qed jistennew biex jingħataw l-organi ħalli jgħixu ħajja aħjar.
Min-naħa tiegħu, is-Sur Curmi wera l-apprezzament tiegħu lejn l-impjegati u tenna li l-fatt li l-kumpanija hija impenjata biex taħdem favur ir-responsabbilità soċjali.