Transport Malta ġiet infurmata li wieħed mill-impjegati tagħha ittella’ l-qorti llum akkużat b’allegazzjonijiet ta’ tixħim.
Fid-dawl tal-ftehim kollettiv, l-impjegat se jiġi sospiż b’effett immedjat. Il-każ allegat m’għandu x’jaqsam xejn mad-dmirijiet tiegħu fi ħdan Transport Malta.
Dan intqal fi stqarrija li ħarġet minn Transport Malta.