Il-Pulizija tal-Malasja qed tinvestiga assistent fi skola reliġjuza fil-Malasja b’rabta ma’ akkużi ta’ qtil, dan wara li student tilef ħajtu f’każ li qajjem agħa kbir.
L-akkużat allegatament ta xeba lil dan it-tifel, Mohamed Thaqif Amin Mohd Gaddafi, li għandu 11-il sena, b’pajp tal-ilma.
Sfortunatament it-tifel tilef ħajtu wara li sofra minn infezzjoni serja u t-tobba kellhom jneħħulu waħda minn siequ. Hu miet ftit jiem wara kawża ta’ kumplikazzjonijiet.
Il-Pulizija qalu li hu kien fost 15-il student li ġew msawta mill-assistent fl-24 ta’ Marzu, dan għax għamlu ħafna storbju waqt li kienu mexjien f’wieħed mill-binjiet tal-iskola.
L-aggressur bħalissa jinsab arrestat fejn il-Pulizija qalet li se tku nqed tressqu fuq akkużi ta’ qtil, dan wara li t-tifel spiċċa tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li ġarrab.