Il-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma Joe Mizzi ħabbar li l-gvern se jibni impjant ta’ reverse osmosis għal Għawdex biex ikollna provvista akbar ta’ ilma.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija tal-membru nazzjonalista Davis Agius, il-Ministru Mizzi qal li grazzi għall-inġiniera Maltin, se jiżdied l-ilma ġenerat mir-reverse osmosis, il-konsum tal-elettriku se jitnaqqas aktar milli hu llum.
Huwa ħabbar li dalwaqt jibdew jaħdem b’aktar effiċjenza l-polishing plant tal-Mellieħa biex ikun hemm ilma mid-drenaġġ li hu tajjeb għall-biedja u bih jiġi ttoppjat ukoll l-aquifer li jkun naqas.
Fost il-proġetti li semma l-ministru hemm mina mill-impjant ta’ Pembroke għar-reservoir biex imbagħad il-kwalità tal-ilma, f’ċerti postijiet, titjieb ukoll.
Il-Ministru Mizzi ammetta li hemm sfidi kbar għax iż-żmien huwa limitat ukoll li fih iridu jsiru dawn l-affarijiet kollha iżid perswaz li l-kwalità titjieb fi żmien sentejn u “nġibu l-poplu konxju kemm huwa important illi wieħed jagħti s-sehem tiegħu” biex ma juża l-ilma b’mod sostenibbli.